Ir-Renju Unit habbar li qed jinvestiga serjament jekk l-Armata Russa uzatx l-armi kimici waqt l-invazjoni fuq l-Ukrajna.
Dan waqt li l-Gvern Britanniku qed iwassal messaġġ ċar u inekwivoku lill-President Russu Vladimir Putin fis-sens li dawn l-azzjonijiet mhumiex aċċettabbli u li l-istess Putin u l-uffiċjali tal-Kremlin iridu, ‘il quddiem, jinżammu kontabbli għal reati kontra l-bniedem.
L-użu tal-armi kimiċi fuq iz-zoni mimlijin biċ-ċivili waqt gwerra hu assolutament ipprojbit taħt il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra.
Sadanittant, l-analisti jemmnu li r-Russi, waqt l-invażjoni tal-Ukrajna, qegħdin jirrikorru għall-istess tattiċi brutali li użaw fl-aħħar snin fuq il-popolazzjoni tas-Sirja… Dak iż-żmien, ir-Russja kienet akkużata dwar l-użu tal-armi kimiċi waqt il-konflitt Sirjan li spiċċa f’telfa għar-ribelli li kienu qed jiġġieldu kontra l-President Sirjan Bashar al-Assad, li hu alleat ewlieni ta’ Moska.
Dan ukoll fost allegazzjonijiet li l-armamenti projbiti użati mir-Russja u l-Gvern Sirjan fuq ir-ribelli u l-poplu tas-Sirja kienu swew il-ħajja ta’ mijiet ta’ ċivili fuq ammont ta’ xhur.
//= $special ?>

