L-aħħar ċifri uffiċjali mill-Gwerra tal-Ukrajna qegħdin juru li mal-ħames miljun tifel u tifla kellhom jaħarbu minn djarhom minħabba l-gwerra fl-Ukrajna.
Dan filwaqt li hemm mat-tliet miljuni ohra li qegħdin jistaħbew mill-qawwiet Russi inkella li spiċċaw f’sitwazzjoni ddisprata fejn qed ibatu min-nuqqas tal-ikel u affarijiet bażiċi oħra.
Ic-cifri ngħataw mill-UNICEF — l-Organizzazjoni li taqa’ taht il-kappa tan-Nazzjonijiet Uniti. – u fost konferma li, s’issa, inqatlu mal-142 tifel u tifla fil-konflitt tal-Ukrajna li ilu għaddej mill-24 ta’ Frar…Statistika xokkanti li n-numri tagħha, sfortunatament, mistennija jizdiedu sew fil-jiem u l-ġimgħat li jmiss.
//= $special ?>