Lokali

Imħabbra dati ġodda għall-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar 2022

Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar 2022 ser ikun qiegħed jibda fl-20 ta’ April, u mhux fis-17 ta’ April, kif kien imħabbar qabel.

L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ħadet din id-deċiżjoni, wara li hemm previżjonijiet ta’ maltemp li kienu jimpattaw is-saħħa u s-sigurta’ tal-parteċipanti, tal-ħaddiema u tal-persuni li ser jattendu sabiex igawdu dan l-ispettaklu mill-isbaħ madwar il-gżejjer Maltin.

Id-dati u l-postijiet fejn ser isir il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar 2022
huma:

• 20 ta’ April 2022
o Il-Bajja ta’ l-Għadira, Mellieħa

• 22 ta’ April 2022
o Ġnien Ingraw, Mellieħa

• 23 ta’ April 2022
o Il-Bajja ta’ Ħondoq, Għawdex

• 26 ta’ April 2022
o Wied il-Għajn

• 29 ta’ April 2022
o L-Imqabba

• 30 ta’ April 2022
o Il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta

• 30 ta’ April 2022

o Festival tal-Logħob tan-Nar ta’ l-Art, organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana bil-kollaborazzjoni tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, fuq il-Fosos tal-Furjana

Aktar informazzjoni rigward arranġamenti ta’ traffiku u trasport pubbliku, u tagħrif dwar għeluq skedat tat-toroq ser ikun qiegħed jiġi ikkomunikat aktar viċin id-dati rispettivi, fuq il-paġna soċjali tal-Festival (facebook.com/maltafireworks)