Kolombjana ta’ 21 sena qed issofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.45am
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li hi ntlaqtet minn Honda Civic li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti Pembroke.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
//= $special ?>