Cifri mahruga mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fi Frar li ghadda wasslu Malta mal-64,000 turist – li jfisser illi l-ammonti ta’ turisti ghadhom ferm inqas mil-livelli ta’ qabel faqqghet il-pandemija.
Skont l-NSO, dawn it-turisti qattghu man-nofs miljun lejl fil-gzejjer taghna, u nefqu medja ta’ 77 ewro kull lejl.
S’issa, fl-ewwel xahrejn tas-sena waslu Malta madwar 125,000 turist. Dan l-ammont huwa zieda meta kumparat mas-sena li ghaddiet, imma xorta anqas mil-livelli ta’ qabel faqqa’ l-Covid.
Ic-cifri tal-NSO juru li l-akbar ammont ta’ turisti li waslu f’pajjizna matul ix-xahar ta’ Frar kellhom bejn 25 u 44 sena.
//= $special ?>