L-Istat ta’ Victoria fl-Awstralja se jospita l-Logħob tal-Commonwealth fl-2026. Din se tkun is-sitt edizzjoni li se ssir fl-Awstralja iżda din hija l-ewwel darba li stat wieħed se jospita dan l-avveniment.
L-avvenimenti sportivi se jkunu qed isiru fuq diversi bliet differenti fl-Istat ta’ Victoria, inkluż f’Melbourne, li opsitat dawn il-logħob fl-2006. Fil-Logħob tal-Commonwealth se jsiru madwar 16-il tip ta’ sport, fejn mistennija jiżdiedu seba dixxiplini sportivi oħra.
Il-president tal-Commonwealth Games Federation, Louise Martin qalet li l-federazzjoni tinsab ħerqana biex topista dan il-logħob flimkien mal-gvern ta’ Victoria.
L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Logħob tal-Commonwealth se ssir f’Birmingham l-Ingilterra bejn it-28 ta’ Lulju u 8 ta’ Awwissu.
//= $special ?>