GŻEJJER FAROE ………….. 2
MALTA ………………………… 3
Gżejjer Faroe: E. Ellingsgaard; M. Olsen (60 K. Gasdal), L. Samuelsen, B. Rasmussen, R. Mouritsen (86 J. Petersen), S. Lidarenda, L. Runadottir, A. Dalinum, J. Eilersdottir.
Malta: R. Costantino; M. Cardona (46 E. Micallef), A. Gatt, T. Falzon, M. Fenech, V. Mifsud, M. Lucia (90 G. Mifsud), M. Cachia (46 I. Camilleri), I. Farrugia (90 E. Ciantar Piccinino), Y. Carella (46 I. Mifsud), S. Vella Barbieri
Referee: R.Hennessy
Rebħa importanti għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena meta fil-partita kontra l-Gżejjer Faroe huma dawwru r-riżultat għal 3-2. B’hekk it-tim Malti ħa promozzjoni għal-League A wara li temmew fit-tieni post fir-round ta’ kwalfikazzjoni.
Il-Gżejjer Faroe marru fil-vantaġġ permezz ta’ Judith Eilersdottir qabel irdoppjaw minn Ester Ellingsgaard, wara li Costantino ma żammitx tajjeb.
Minkejja dan Malta naqqsu d-distakk fil-65 minuta minn Tammy Falzon qabel kisbu d-draw meta Loa Samuelsen tefgħet fil-lasta tagħha stess.
Malta komplew ir-rimonta meta fil-71 minuta kienet Martina Fenech li b’xutt mid-distanza għal riżultat finali ta’ 3-2.
//= $special ?>