Lokali

Meta l-Forzi Armati Maltin marru fejn l-El Hiblu l-immigranti kienu kollha reqdin

Kien għall-ħabta tal-4.00am li l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta marru ħdejn il-bastimnent El Hiblu biex jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-immigranti li lkoll kienu reqdin dak il-ħin. Dan xehedu l-Libjan Mohammed Jallo hekk kif il-Maġistrat  Nadine Lia kompliet tisma’ xhieda, ta’ wieħed mill-immigranti salvati li qal l-biża kbira tal-immigrant kollha kienu li jispiċċaw il-Libja. “Kieku ġara hekk jien u sħabi konna nispiċċaw arrestati,” qal ix-xhud.

F’dan il-każ tliet żgħażagħ immigranti għaddejjin proċeduri kriminali fejn jinsabu akkużati li ħatfu l-bastiment, F’Marzu 2019, grupp ta’ 108 persuna kienu ġew salvati mill-vapur tal-merkanzija El Hiblu 1 li kien inkarigat minn ajruplan tal-operazzjoni militari Ewropea EUNAVFOR MED. Jallo qal ukoll li kull ma kienu qed jagħmlu l-akkużati kien biss medjazzjoni mal-kaptan.

Ħareġ għal darba oħra li l-ekwipaġġ tal-vapur fittex li jirritorna s-salvati fil-Libja, madankollu, in-nies abbord ipprotestaw għar-ritorn tagħhom. Jallo kien konsistenti ma’ dak li kienu xehedu l-immigranti preċedenti fil-każ fejn qal li kien il-kaptan tat-tanker taż-żejt El Hiblu li avviċina lit-tliet żgħażagħ akkużati li ħatfuh, u li sejjaħhom fil-kabina tiegħu wara li rahom jikkalmaw lill-immigranti li kienu f’paniku li kienu ġew salvati.

Il-provi kontra tliet żgħażagħ li qed jikkontestaw bil-qawwa kollha huma li ħatfu t-tanker taż-żejt El Hiblu wara li ġabru lilu u 105 oħra mill-Baħar Mediterran fl-2019. Wara li wieġeb mistoqsijiet minn naħa tal-prosekuzzjoni Jallo wieġeb ukoll għadd ta’ domandi magħmlula mill-avukat difensur Cedric Mifsud li kompla l-kontro-eżami tiegħu, bix-xhud jgħid li qatt ma kien hemm problemi fuq il-bastiment u li l-paniku li kien hemm biss għax ħadd ma ried jispiċċa l-Libja, fejn kulħadd ried li jispiċċa l-Ewropa.

Ix-xhud bħal sħabu qal li ma ra l-ebda vjolenza,. Il-każ ikompli fit-23 ta’ Mejju fl-10.15am. -Ispettur tal-Pulizija Omar Zammit qed imexxi l-prosekuzzjoni, flimkien mal-avukat George Camilleri mill-Uffiċċju tal-Avukat Generali. Għall-immprigranti qed jidhru l-Avukati Cedric Mifsud, Gianluca Cappitta u Neil Falzon.