Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’għalqa fil-limiti tal-Karwija

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30pm, raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Safi, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’għalqa fil-limiti tal-Karwija, f’Ħal Safi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa sofra ġrieħi f’riġlejh waqt li kien qed jaħdem b’mutur tal-ħart.

Ir-raġel kien assistit minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li ttieħed l-isptar permezz t’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.