Elezzjoni 2022 Lokali

SEGWI: Dawn huma d-deputati tal-PN li ġew eletti fl-elezzjonijiet każwali

L-elezzjonijiet każwali tal-Partit Nazzjonalista saru kmieni dalghodu fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar fejn kienu eletti 7 Membri Parlamentari ohra f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Huma kienu eletti fis-siġġijiet li ċedew il-Kap tal-PN Bernard Grech, il-Viċi Kap Robert Arrigo, u d-deputati Stephen Spiteri, Ryan Callus, Adrian Delia, Joe Giglio u Mark Anthony Sammut.

Id-distretti li fihom imtlew is-siġġijiet huma ħamsa  – għaliex filwaqt li se ssir elezzjoni każwali fuq il-5, it-3 u l-10 distrett, se jimtlew żewġ siġġijiet fuq is-7 u d-9 distrett.

Mis-siġġu battal ta’ Adrian Delia, kienet Rebekah Cilia illi ġiet eletta.

Mis-siġġu battal tal-Kap tal-PN, Bernard Grech fuq il-5 Distrett, kien Stanley Zammit li ġie elett.

Mill-post battal ta’ Mark Anthony Sammut fuq l-10 Distrett, kien elett Graham Bencini.

Mis-siġġu vakat fuq id-9 Distrett mill-Viċi Kap Robert Arrigo kien elett Karol Aquilina.

Mis-siġġu battal fuq is-7 Distrett ta’ Ryan Callus, kien elett Charles Azzopardi.

Mis-siġġu vakat ta’ Joe Giglio fuq id-9 Distrett, kienet eletta Graziella Attard Previ.

Mit-3 Distrett, mis-siġġu vakat ta’ Stephen Spiteri, kien elett Carm Mifsud Bonnici.

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’messaġġ fuq il-media soċjali feraħ lid-Deputati kollha li ġew eletti filwaqt li rringrazzja lill-Kandidati kollha għall-impenn u l-ħidma tagħhom fl-ahhar xhur.

Huwa tenna li l-bieb tal-Partit Nazzjonalista se jibqa’ dejjem miftuħ għal kull min irrid jagħti l-kontribut tiegħu fi ħdan il-Partit.