Sport Sport Ieħor

Sensiela ta’ rekords fl-avveniment ta’ Athletics Malta

Matul l-aħħar Challenge Meeting ta’ Athletics Malta ġew stabbilitti diversi rekords ġodda fosthom dak ta’ Mireya Cassar li kisret ir-rekord tal-hammer throw. Hi waddbet distanza ta’ 52.50 metru biex ressqet dejjem eqreb lejn it-target tagħha ta’ 58 metru.

Fid-discus iż-żewġ atleti Bradley Mifsud ta’ Pembroke Athleta u Luke Farrugia ta’ Rush AC, qabbżu l-50 metru, b’Mifsud jitfa’ 51.08 metru filwaqt li Farrugia tefa’ 50.65 metru. Kareem Chouhal ta’ 18-il sena tefa’ distanza ta’ 47.42 metru filwaqt li Bianco Shoemake tefgħet distanza ta’ 41.86 metru. Antonella Chouhal rnexxielha ttejjeb ir-rekords fid-discus u fix-shotput fil-kategorija tal-over 45s.

Beppe Grillo rebaħ it-tellieq tal-200 metru b’ħin ta’ 22.41 sekonda b’Thea Parnis Coleiro tirreġistra ħin veloċi fil-200 metru b’ħin ta’ 26.15 sekonda. Fil-Pole Vault Nicolai Bonello wasal sa ħames ċentimetri ‘l bogħod mir-rekord nazzjonali li waqqaf hu stess. Fil-long jump Claire Azzopardi qabżet darbtejn fuq is-sitt metri, b’qabżiet ta’ 6.02 metri u 6 metri rispettivament.

Matthew Galea Soler kiseb ħin ta’ 49.79 sekondi fl-400 metru riżultat li bih ikkwalifika għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt it-18 -il sena. Kay Testa u Martha Spiteri wkoll kisbu riżultati tajbin fl-400 metru b’ħinijiet ta’ 58.68 sekondi u 59.28 sekondi rispettivament. Flimkien ma’ Janet Richard huma se jkunu qed jiffurmaw it-tim Malti tar-relay 4×400.

Fid-distanzi medji Neil Brimmer kiser ir-rekord tal-M35 b’ħin ta’ 2:01:49 fit-800 metru filwaqt li Jean Paul Debono rebaħ it-tellieq tal-1500 metru b’ħin ta’ 3:58:32.

Michela Caruana kisbet personal best fit-800 metru tan-nisa b’ħin ta’ 2:18:66