Futbol Sport

Telfa għat-tim Malti kontra t-Taljani ta’ taħt it-23 sena

(Ritratt: MFA)

MALTA …………… 0

ITALJA U23 …… 3

Malta: J.Attard (P.Ebejer 30′), A.Said (R.Bajada 72′), E.Lipman (M.Borg 46′) (F.Chircop 79′), J.Dimech, D.Theuma (E.Xuereb 46′), R.Cuschieri, S.Zammit, C.Zammit, B.Borg, N.Sciberras (M.Debono 46′), L.Ayres (Y.Carabott 30′)

Italja U23: R.Aprile (N.Lauria 79′), F.Cafferata (A.Regazzoli 70′), E.Pettenuzzo, M.Longo (A.Bragonzi 70′), E.Polli, M.Bellucci, B.Merlo, S.Colombo (B.Vergani 70′), M.Monnecchi (A.De Rita 79′), M.Catena

Referee: J.Vassallo

Fis-Centenary Stadium it-tim nazzjonali Malti sofra telfa ta’ 3-0 kontra t-tim nazzjonali Taljanj ta’ taħt it-23 sena. L-Italja fetħu l-iskor man-nofs siegħa meta kienet Elisa Polli li għelbet lil Patricia Ebejer għal 1-0.

Fis-37 minuta id-daqqa ta’ ras ta’ Ylenia Carabott għaddiet ftit barra, biex ftit minuti wara, kienu l-Italja li rduppjaw, meta d-difiża Maltija naqqset milli tbiegħed il-periklu b’Miriam Longo tegħleb lil Ebejer għal 2-0.

L-Italja għalqu l-partita fis-66 minuta meta l-corner ta’ Melissa Belucci spiċċa direttament fix-ibka wara Ebejer għal skor finali ta’ 3-0.