Charlton Debono u Catherine Chetcuti kienu l-protagonisti tal-Intersport Maqluba 10Km Race bħala parti mir-Road Racing Series li saru l-Ħadd filgħodu. Charlton Debono rebaħ it-tellieq tal-10 kilometri b’Matthew Xuereb jtemm fit-tieni post segwit minn Juan Pablo Ruiz fit-tielet post.
Intant fil-kategorija tan-nisa Catherine Chetcuti kisbet vantaġġ kmieni fit-tellieqa biex temmet qabel Dzintra Grech u Charyl Fava, li temmew fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Fit-tellieqa tal-5 kilometri kien Mark Herrera li ħareġ rebbieħ fir-ritorn tiegħu, b’Jean Claude Randon itemm fit-tieni post, 12-il sekonda wara Herrera.
Fit-tielet post temm Neil Brimmer, 7 sekondi wara Randon. Maria Attar ħarġet rebbieħa fil-kategorija tan-nisa , b’Charla Pia Vella u Nadia Mifsud jidħlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
//= $special ?>