Lokali

Il-klieb tad-dwana Gypsy u Charlie jagħmlu sejba ta’ €31,410 mhux dikjarati

Il-klieb tad-dwana Gypsy u Charlie għamlu sejba ta’ €31,410 fi flus kontanti mhux dikjarati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fl-ewwel każ Gypsy interċettat flus mhux dikjarati fuq żewġ passiġġieri Sirjani li kienu fi triqithom lejn Erbil, fl-Iraq.

Wara tfittxija li saret fuq wieħed mill-passiġġieri li sostna mal-uffiċjali tad-Dwana li kellu fuqu €7,000 sabu li kien qiegħed iġorr €8,000 f’basket, u €2,095 f’basket ieħor.

Dan filwaqt li l-passiġġier Sirjan l-ieħor kien qed iġorr €10,130 fi flus kontanti mhux dikjarati.

Intant, il-kelb Charlie interċetta €11,185 fi flus mhux dikjarati li kien qiegħed iġorr Somalu li kien fi triqtu lejn Istanbul.

It-tlieta li huma ngħataw multa u mhux se jkunu qed jitressqu l-Qorti.