Lokali

Jumejn ta’ riħ qawwi… sa Forza 9

Sentejn wara li faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19, għal darb’oħra l-festi tal-Ġimgħa l-Kbira ser ikun qed isiru mill-ġdid…għalkemm ħafna qed jistaqsu, it-temp ser ikun qed jippermetti li dawn il-festi isiru?

Skont it-tbassir li qed isir mil-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jidher li mill-Ħamis sal-Ħadd ser ikollna temp varjabbli.

Dan hekk kif f’Ħamis ix-Xirka, it-temp mistenni jkun b’riħ qawwi Grieg il-Lvant Forza 6 bil-baħar ikun qawwi lokalment qawwi ħafna.

F’jum il-Ġimgħa l-Kbira, jum illi ir-reffiegħa u dawk kollha li għandhom għal qalbhom dawn iż-żminijiet ikunu qed jistennew bi ħġarhom, it-temp ser ikun imsaħħab, b’riħ forza 7 …li jaf jitla’ anke sa Forza 9.

Għalkemm fil-Ġimgħa l-Kbira…mhi tissemma’ ebda possibbilta’ ta’ xita.

Sfortunatament, Sibt il-Għid it-temp mistenni jkun bil-ħalbiet tax-xita… bl-għola temperatura titla għal 18-il grad filwaqt li l-anqas tinżel għal 13-il grad.

Madankollu, it-temp mistenni jkun isbaħ u bix-xemx propju f’Jum l-Għid il-Kbir u għalhekk dawk kollha li qed jistennew il-purċissjonijiet bi Kristu Rxoxt – li ukoll se jirritornaw mill-ġdid wara r-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19…. ser ikunu jistgħu igawdu din il-festa f’temp mill-isbaħ. Bir-rih ukoll se jonqos ghal Forza 4.