Raġel ta’ 41 sena, residenti Ħaż-Żabbar li jaħdem bħala xufier fuq tal-linja inżamm arrestat mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech wara li ġie mixli li daħal f’residenza ta’ fejn joqgħodu ġirien ta’ missieru u kkaġuna ġrieħi gravi fuq missier u ibnu ta’ sentejn li dak il-ħin kien fuq ommu, bil-konsegwneza li l-omm spiċċat issofri minn feriti ħfief. Il-każ seħħ nhar it-Tnejn li għadda għall-ħabta tal-4.00pm.
Il-vittma li għadu jinsab għall-kura l-isptar wara li sofra minn ġrieħi f’wiċċu kawża tax-xeba’ li qala kien fil-washroom tad-dar tiegħu meta ġie aggredit. L-akkużat Adrian Buttiġieg qed jikkontendi li l-vittma aktar qabel qed jagredixxi lil missieru b’sikkina u kien għalhekk li mar għall-vittma.
Il-Qorti ma laqgħetx żewġ talbiet tad-difiża li oġġezzjonat kemm fuq il-validità tal-arrest u li Buttigieg jingħata l-libertà proviżorja. L-Ispettur Kurt Farrugia li flimkien mal-Ispettur Darryl Farr ressaq lir-raġel qal li kien l-akkużat stess li mar jagħmel rapport l-Għasssa li kien hu li spiċċa aggredit.
L-għada huwa kien infurmat u raha ċ-ċertifkati tal-ġrieħi li ġarrbu l-vittmi. Dwar it-talba għall-pleġġ mitluba mill-Avukat Robert Galea, l-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha u qalet li l-vittmi huma l-ġirien u li dan ma kkomettiex dawn ir-reat ta’ dak il-ħin, imma daħal fi ħwejjeġ ħaddieħor fejn wieħed għandu jħossu sikur.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat ukoll fuq in-natura tar-reat, li huwa wieġed gravi fejn qalet li wara li sema argment, l-akkużat għażel li jaqsam it-triq jidħol fil-blokka ta’ fejn joqgħod u tela għar-raġel li kien fil-washroom. Hemm sab lir-raġel u lil martu li kienet b’tarbija fuqha. Qabad u għadda minn fuqhom minkejja li l-omm ipprovat twaqqfu u qaltlu li din hija propjetà privata. Biex għamel hekk qal l-Ispettur huwa għadda minn fuq diversi karozzi li kienu fit-triq.
“Dan ma ġarax bejn tnejn minn nies li ma jafux lil xulxin, każ li huwa aktar gravi”, qal l-Ispettur L-Avukat tal-akkużat qal li l-Ispettur ma semmiex kollox u għalfejn ħass li l-imputat mar għalih. Tenna li din tinsab fuq żewġ blokok ta’ bini faċċata ta’ xulxin.
Tenna li l-akkużat kien qed jaħsel il-garaxx u sema’ lill-allegat vittma jhedded lil missieru l-imputat b’sikkina. Kien hemm li ħass il-ħtieġa li jitlaq kollox minn idejh. Dan kien ilu jisma’ l-ġlieda u baqa’ għaddej b’xogħolu imma meta sema’ t-theddida b’sikkina meta missieru kien fir-residenza tiegħu qabad u telaq kollox minn idejh u mar jara x’ġara.
L-Avukat Galea qal ukoll li l-blokka fejn joqgħod l-allegat vittma ma tappertjanix fl-intier tagħha lilu għax missier l-akkużat għandu parti minnha. L-akkużat daħal mill-komun u sab lill-allegata vittma bil-bieb miftuħ fuq il-bejt u ħaseb li se jsib lil missieru hemm, li ma kienx. Hawn il-Maġistrat Frendo Dimech qalet lill-avukat difensur li meta raha li missieru ma kienx hemm messu dawwar dembu.
Il-kontestazzjoni tal-validità tal-arrest
Fil-bidu tas-seduta l-Avukat Robert Galea mill-ewwel ikkontesta l-validita tal-arrest u talba lill-Qorti biex jagħmel xi domandi lill-Ispettur Kurt Farrugia dwar dan. Għal dawn id-domandi l-Ispettur tenna li l-allegati fatti seħħew fil-11 ta’ April, nhar it-Tnejn fejn l-akkużat mar l-Għassa minn jeddu ma kienux jafu x’ġara ferjn ħa ċertfikat ta’ xi ġrieħi li sofra.
Id-dettalji tar-reat waslu l-għada t-Tlieta, u l-arrest skatta maċ-ċertifikat vittmi, u l-Maġistrat Inkwerenti Nadine Lia li pproċediet biex isir l-arrest. L-Ispettur qal li huwa ċempel lill-akkużat u dan mar l-Għassa, L-Avukat qal li kif rriżulta mix-xhieda l-fatti seħħew nhar rit-Tnejn, l-akkużat mar min jeddu x’ġara, u l-Pulizija lanqas biss ħadet il-verżjonijiet tal-fati tal-każ u pprosegwiet fil-konfront tiegħu.
Qal li meta irċeviet iċ-ċertifkati kienet taf ġlied u ġew fl-idejn, u l-Pulizija messa eżerċitat l-investigazzjoni fil-bidu nett. L-Ispettur wieġeb billi qal li l-arrest seħħ ukoll in forza ta’ mandat ta’ arrest ta’ Maġistrat. Ma kienx hemm il-ħtieġa tal-arrest mill-bidu nett minħabba li l-fatti kienu għadhom mhumiex ċari.
Il-Qorti qalet li wara li semgħet id-difiża tikkontesta l-validita tal-arrest, u wara li ġie konstatat li l-imputat ġie arrestat bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest maħruġ minn Maġistrat. Wara li rat li l-imputat ġie imressaq sabiex iwieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih fi żmien stipulata bil-liġi, ma tara l-ebda raġuni għaliex m’għandhiex tikkonvalida l-arrest tenut kont li d-data li fiha ikun sar ir-reat hi waħda rrelevanti.
Il-Qorti qalet ukoll li l-fatti juru li l-Pulizija mxiet b’kawtela u pproċediet għall-arrest tal-imputat meta kellha kwadru aħjar tal-fatti allegati u cioe meta sar magħruf n-natura tal-offiżi li allegat seħħew. Dwar il-pleġġ id-difiża qalet li lakkużat min jheddu mar għand il-Pulizija, fil-fatt ma l-iċken telefonata mar-Għassa.
Ma kien l-ebda tentattiv li jmur għall-vittma fil-frattemp. Ma għamel xejn biex jikkontamina l-provi. Il-każ seħħ kompla għadej b’ħajtu, qalet id-difiża.”Jekk kompla hgħaddej b’ħajtu il-vittma jinsab l-isptar,” wieġeb l-Ispettur, bl-Avukat difensur jgħid li anke l-vittma se jiġi nvestigat fuq il-każ.
Il-Qorti ħadet konjizzjoni tan-natura serja tal-każ u wara li qieset li l-vittmi u l-imputat huma ġirien u fejn dawn għad iridu jixhdu, f’dan l-istadju tiċħad it-talba. Buttigieg ġie mixli wkoll li kkaġuna biża fil-konfront tal-familja li ġiet aggredita, li qabad u daħal fi ħwejjeġ ħaddieħor, theddid u li kiser il-paċi pubblika.