Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic eliminat fit-tieni round tal-Monte Carlo Masters

(Ritratt: EPA)

Fir-ritorn tiegħu it-tennista Serb Novak Djokovic kien eliminat fit-tieni round tal-Monte Carlo Masters minn Alejandro Davidovich Fokina. Djokovic kien qed jipparteċipa fl-ewwel tournament tiegħu minn Frar wara li kellu jitlef l-avvenimenti fl-Istati Uniti minħabba li m’huwiex imlaqqam kontra l-Covid-19. Davidovich Fokina għeleb li Djokovic 6-3 6-7 6-1 biex għadda għat-tielet round. Din kienet l-ewwel darba li Djokovic tilef l-ewwel logħba f’tournament sa mill-2018.