F’laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, li saret ilbieraħ filgħaxija, Robert Cutajar ġie magħżul bħala s-Segretarju tal-Grupp Parlamentari.
Fl-istess laqgħa, il-Grupp Parlamentari għażel ukoll it-13-il rappreżentant tiegħu biex ikunu r-rappreżentanti bil-vot fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit.
Dawn huma Darren Carabott, Jerome Caruana Cilia, Julie Zahra, Janice Chetcuti, Ian Vassallo, Ivan Castillo, Ryan Callus, Alex Borg, Rebekah Cilia, Karol Aquilina, Paula Mifsud Bonnici u Ivan Bartolo. Charles Azzopardi u Graziella Galea se jkunu qed jaqsmu t-terminu bejniethom minħabba li ġabu l-istess ammont ta’ voti.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil Karol Aquilina li serva bħala Segretarju tal-Grupp fl-aħħar snin, kif ukoll lil dawk id-Deputati li servew lill-Pajjiż u lill-Partit fl-aħħar leġiżlatura.
Il-proċess fi ħdan il-Partit Nazzjonalista issa jkompli wkoll b’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv, li eventwalment issejjaħ Kunsill Ġenerali aktar tard dan ix-xahar.
//= $special ?>