Coronavirus Saħħa

COVID-19: 431 każ ġdid

Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 dan sabiex it-total ta’ vittmi issa tela’ għal 671.

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis instabu wkoll 431 każi ġodda ta’ COVID-19 dan filwaqt li fiequ 700 persuna oħra biex b’hekk it-total ta’ każi attivi f’pajjiżna issa jammonta għal 8,412

Intant, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci stqarret li l-Maltin ser ikunu jistgħu iqattgħu s-Sajf mingħajr l-ilbies mandatorju tal-maskra iżda dan kollu jiddependi fuq in-numru ta’ każi ġodda ta’ covid-19 u n-numru ta’ persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei.

Bħalissa, l-ilbies tal-maskri huwa mandatorju f’postijiet pubbliċi fuq ġewwa kif ukoll fuq it-trasport pubbliku.

“Nisperaw li dawn ikunu jistgħu jitneħħew dalwaqt sakemm il-każi jkomplu jonqsu”… kompliet tisħaq Charmaine Gauci mat-Times of Malta.

Hija stqarret li is-self testing kits li qed jitħallew jiġu mpurtati f’pajjiżna huma biss dawk li ġejjien minn ditti ta’ min jafdahom.

Is-self testing kits jistgħu jinbiegħu biss mingħand spiżeriji u dawn għandhom juru lil dawk li jixtruhom kif jintużaw kif ukoll x’jiġri f’każ li t-test jirriżulta fil-pożittiv.