Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: L-Ukreni qed jattakkaw il-miri fir-Russja

Rapporti oħra mill-Ukrajna qalu li l-qawwiet ta’ Kiev qegħdin jattakkaw aktar zoni fir-Russja man-naħa l-oħra tal-fruntiera.

Is-sorsi qrib ir-reġjun ta’ Belgorod ( fir-Russja) tennew li l-villaġġ ta’ Spodaryushino spiċċa bumbardjat mill-artillerija Ukrena u bir-riżultat li numru ta’ residenti spiċċaw telqu mill-inħawi.

Ir-Russi anki akkużaw lill-Ukreni dwar attakki mill-ajru fuq zona residenzjali fil-belt ta’ Klimovo, fir-reġjun ta’ Bryansk.

Dan kollu seħħ ftit jiem wara numru ta’ splużjonijiet li kkaġunaw in-nirien f’depot taż-żejt f’Belgorod — bl-Ukrajna ma tikkonfermax jekk dan kienx il-kaġun ta’ attakk mill-qawwiet tagħha.

Fil-fatt, xi sorsi Ukreni ċaħdu ċar u tond li d-depot, fil-fatt, kien ‘fil-mira tagħhom’.