Il-Kabinett ta’ 23 persuna ta’ Robert Abela kiber għal 25 hekk kif illum ħadu l-ġurament żewġ membri oħra: Rebecca Buttigieg u Alicia Bugeja Said.
Buttigieg se tirritorna fl-istess Ministeru li fih kienet impjegata fl-aħħar snin… din id-darba bħala Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza, taħt il-Ministru Byron Camilleri.
Dan filwaqt li Bugeja Said se tkun responsabbli mis-Sajd u l-Akwakultura taħt il-Ministru Anton Refalo.
B’dawn iz-zidiet, il-Kabinett għall-bidu tat-tieni leġislatura ta’ Robert Abela issa huwa komplut.
Dan huwa t-tielet Kabinett ta’ Robert Abela fi ftit aktar minn sentejn fit-tmexxija tal-pajjiż. Ghaliex fl-ewwel sena tieghu bhala Prim Ministru, kien ghamel re-shuffle wara ftit xhur.
F’dan il-Kabinett jispikka n-nuqqas ta’ Carmelo Abela, Deo Debattista, Michael Farrugia, Edward Zammit Lewis, Alex Muscat u Chris Agius, li tilfu posthom ghal kariga Ministerjali… minkejja li telgħu b’saħħa fl-elezzjoni ġenerali tax-xahar li għadda.