Is-semi finali tal-playoffs għall-post fit-Tazza tad-Dinja bejn l-Ukrajna u l-Iskozja se tintlagħab fl-1 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħ se jkun qed jilgħab kontra Wales erba’ t’ijiem wara. Il-partita kellha tintlagħab fl-24 ta’ Marzu f’Hampden Park iżda l-Ukrajna talbet lil UEFA li l-partita tkun sospiża minħabba l-invażjoni Russa. Wales għelbu lil Awstrija biex għaddew għall-finali, bir-rebbieħ se jkun fi Grupp B mal-Ingilterra, l-Iran u l-Istati Uniti.
//= $special ?>