Lokali

“Inħoss qalbi qed tinqasam b’dak li għaddej” – Ukrena li taħdem f’Malta

“Qed jattakkaw kullimkien, mhux biss il-Lvant tal-Ukrajna”

Hekk stqarret magħna Mariia Frankovska, Ukrena illi taħdem f’pajjiżna bħala Senior Carer ma’ Care Malta, kumpanija sussidjajrja ta’ Vassallo Group fejn f’intervista ma’ Net News rrakkuntat dak li għaddejjin minnu l-qraba tagħha li jinsabu fl-Ukrajna.

Qed jibburbandjaw kullimkien, bħal pereżempju kellimt lin-neputija, u qaltli, ma nista’ ngħidlek xejn, għax qed iddoqq is-sirena biex ninżlu fix-xelter u nkunu aktar sikuri”

Mariia stqarret magħna li l-komunità Ukrena f’Malta qed tipprova tgħin kif tista’ … u tenniet l-apprezzament lill-kollegi tagħha, tal-għajnuna li anki taw lilha personali fl-aħħar ġimgħat.

“Irrid nirringrazzja lill-kollegi, lill-manager, li mill-bidu nett, saqsew, offrew l-għajnuna, anki għall-familja tiegħi”

Mistoqsija dwar kif qed tħossha hi personali f’dan il-mument, hija qalet li s-sapport huwa strumentali.

“Qed iħossni, qisu xi ħadd qasam qalbi, speċjalment fil-bidu, is-sapport kien kruċjali, jien naf li jien b’saħħti biżejjed, imma xorta…”

Mariia Frankovska qalet li qalbha tinsab mal-poplu Ukren, u t-tfal innoċenti li nqatlu mir-Russi.

“Mhux qed ninkwieta fuqi nnifsi, qed ninkwieta fuq il-persuni li jinsabu fl-Ukrajna, uliedna, fuq it-tfal, nixtieq nirringrazzja lis-suldati Ukreni għax huma eroj, il-President, l-Ukreni kollha”.