F’dawn l-aħħar jiem, fid-Dar tal-Providenza kienet qed tittella’ wirja partikolari tal-Ġimgħa l-Kbira. Wirja mill-isbaħ li saret mir-residenti ta’ din id-dar b’ħidma konġunta mal-istaff tad-Dar tal-Providenza.
L-iktar ħaġa li tispikka, bla dubju, il-mumenti varji tal-passjoni, iżda f’forma mhux tas-soltu. Fil-forma ta’ presepju, li minkejja li huwa sinonimu mal-Milied, ir-residenti tad-Dar tal-Providenza irnexxilhom minnu, joħolqu xi ħaġa partikolari immens.

Dwar dan tkellimna mad-Direttur tad-Drama, David Muscat, wieħed mill-Ability Promoters fid-Dar tal-Providenza. Dan filwaqt li fF’din il-wirja, wieħed mir-residenti, Kriss Gregory, ħa sehem fir-riflessjonijiet marbuta mal-ġimgħa mqaddsa, li kienu preżentati lir-residenti u lill-istaff ta’ Dar tal-Providenza.

Parti minn din il-wirja kienet magħmula minn affarijiet riċiklati jew donazzjonijiet tan-nies.
Minħabba r-restrizzjonijiet, sfortunatament din il-wirja ma kienetx miftuħa għall-pubbliku, u kien propju ghalhekk li David Muscat wassal appell lill-pubbliku.







