Lokali Unjoni Ewropea

“Kien dmir tiegħi li nżur l-Ukrajna” – Roberta Metsola

“Ma kinitx żjara mingħajr riskji iżda ħassejt il-bżonn u kien dmir tiegħi li nżur l-Ukrajna.”

Kliem il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fl-ewwel kummenti tagħha lill-media Maltija wara li ftit tal-ġranet ilu żaret l-Ukrajna u indirizzat il-Parlament Ukren.

Kienet deċiżjoni li ħadtha b’responsabbilta, ma kinitx mingħajr riskju, imma ħassejt li wara li ilna għal dawn l-aħħa ġimgħat nagħmlu atti ta’ solidarjeta, nitkellmu u nibagħtu l-flus u l-equipment l-Ukrajna… għedt li dan huwa l-post li jien immur u nindirizza lill-kollegi tiegħi fil-Parlament Ukren li kienet esperjenza sabiħa ħafna, tara l-politika ħajja, dekomrazija attiva.”   

Matul iż-żjara fl-Ukrajna, Metsola iltaqgħet mas-Sindku tal-belt ta’ Kiev li dak iż-żmien kienet għadha iċċirkondata mill-militar Russu fejn l-atmosfera kienet waħda ta’ tensjoni kbira. Wara, il-President tal-Parlament Ewropew kellha l-okkażjoni li tiltaqa’ mal-President Ukren. 

Imbagħad iltqajt mal-President Zelensky li tani tliet messaġġi – li għandhom bżonn l-assistenza militari, finanzjarja u politika biex ikomplu jiġġieldu din il-gwerra li ma bdewhiex huma, li mhix neċessarja, li hija invażjoni brutali li għadna qed naraw sfortunatament għaddejja kuljum.

Roberta Metsola spjegatilna wkoll x’ghandha wkun it-triq ‘il quddiem għall-Ukrajna fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Il-kummissjoni bagħatet dik li tissejjah questionaire biex kull pajjiż jirrispondi l-mistoqsijiet u issa l-pass li jmiss huwa li jibdew jinfetħu l-kapitli tal-partijiet differenti, tal-politika tal-ġustizzja, tal-edukazzjoni, u affarijiet oħra”

Hija spjegat li l-iktar messaġġ b’saħħtu li għandu jintbagħat lill-poplu Ukren huwa li permezz tas-sħubija, jibdew jinfetħu programmi ta’ assistenza.  

“Pereżempju tal-erasmus li t-tfal jistgħu jmorru jistudjaw f’pajjiżi Ewropej, li jkun hemm l-exchanges, li jkun hemm l-assistenza finanzjarja għat-toroq biex jerpgu jinbnew il-postijiet li ġew ibbumbardjati mir-Russja.. affarijiet li huma tanġibbli li jistgħu jkunu parti mill-perjodu biex pajjiż isir fil-futur membru tal-EU.

97% tal-poplu Ukren iħares lejn l-Unjoni Ewropea bħala d-dar tagħhom.

Dawn qed jiġġiedlu għall-valuri u l-prinċipji fundamentali li huma l-valuri u l-princip;ji fundamentali li ana bħala Maltin ġġieilda għalihom meta ħdimna biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea.

Intant…il-Ħamis filgħodu…. Roberta Metsola żaret il-media tal-Partit Nazzjonalista u ntlaqgħet mis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino, miċ-Chairperson Eżekuttiv Francis Zammit Dimech u mill-Kap tal-Operat Karl Gouder.

Il-President tal-Parlament Ewropew kellha l-okkażjoni li tiltaqa’ mal-ħaddiema ta’ Media.Link Communications kif ukoll l-impjegati tal-Partit Nazzjonalista fejn irringrazzjathom tal-ħidma tagħhom u s-servizz li joffru ta’ kuljum kemm fuq it-televiżjoni kif ukoll bir-radju, il-gazzetti u l-pjattaformi online.