Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Tork ta’ 30 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fl-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq it-Torri, l-Imsida fejn minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija rriżulta li Tork ta’ 30 sena residenti l-Imsida weġġa’ wara li tilef il-kontroll tal-mutur Stigo Valk, li kien qiegħed isuq.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.