Is-suspettat ewlieni fil-qtil makabru ta’ raġel li nstab mejjet fil-bagoll tal-karozza tiegħu aktar kmieni dan ix-xahar qed jiffaċċja akkużi li pprova joqtol raġel ieħor sentejn ilu.
Rapporti fuq it-Times jindikaw li Elliot Paul Busuttil huwa s-suspettat ewlieni fil-Qtil ta’ Mario Farrugia.
Fl-2020, Busuttil ġie mixli li pprova joqtol Bulgaru ta’ 57 sena u seraqlu l-flus f’Ta’ Qali. Huwa kien wieġeb mhux ħati li ta daqqiet ta’ sikkina lil Bulgaru.
Intant iktar tard sar magħruf ukoll li t-tieni suspettat x’aktarx huwa Ramzi Abdulhafid Ib Abukem li jinsab mixli li qatel raġel Libjan f’Mejju tal-2018 fil-Ħamrun.
Ir-rapporti jkomplu jindikaw li minkejja l-mottiv wara l-qtil ta’ Mario Farrugia għadu mhux magħruf, jista’ jagħti l-kas li dan huwa marbut ma xi dejn.
Il-pulizija għandha filmati tas-CCTV u informazzjoni dwar telefonati li wassluhom għand is-suspettat ewlieni u oħrajn li qed jiġu interrogati.
L-investigaturi qed jistennew testijiet tad-DNA fuq is-suspettat ewlieni u fuq persuna oħra.
//= $special ?>