“Hu jsejjaħli, int missieri, u Alla tiegħi, fortizza, salvazzjoni tiegħi” – Kien b’dan il-kliem li l-Arċisqof Charles Scicluna għażel li jsawwar l-omelija tiegħu fil-Konċelebrazzjoni tat-Tberik taż-Żjut f’Ħamis ix-Xirka mill-Konkatidral ta’ San Ġwann.
“Induru lejn Alla u b’sens ta’ fiduċja, int Missieri o Alla tiegħi, fortizza u salvazzjoni…. din it-talba, djalogu tinġabar fit-talba li għallimna San Ġorġ Preca… sinjur Alla jien għandi bżonnok”
Monsinjur Scicluna tkellem dwar il-kompassjoni tal-Mulej, u li din l-istess kompassjoni jeħtieġ li l-popli fid-dinja juruha fl-atteġġjament tagħhom.
L-Arċisqof ħares ukoll lejn il-messaġġ tal-Papa Franġisku, u enfasizza l-fatt li l-ferħ tal-Knisja huwa l-Evanġelju.
“Nitkellmu dwar il-ħelsien, il-bxara t-tajba, id-dawl, is-sena tal-grazzja, il-Papa Franġisku tana frażi għażiża, li għandna bżonn nixtaruha u ngħixuha, il-ferħ tal-knisja hija li tħabbar l-evanġelju”
Huwa stqarr li biex il-Knisja tiġġedded tassew, jeħtieġ li f’qalbna jkollna il-ferħ veru.
“Nifhmu li bil-passjoni tiegħu, il-Mulej iġedded kollox, illum il-Knisja tibda tiġġedded, iżda biex dan isir, irid ikollha f’qalbha dak il-ferħ li ġej mill-għarfien“
//= $special ?>