Tliet persuni kellihom jittieħdu l-Isptar wara li kenu involuti f’ħabta li seħħet f’San Ġiljan. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja nieqes kwart fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar u Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta’ 48 sena residenti Birżebbuġia. Fil-Vitz kien hemm ukoll tifla ta’ 12-il sena.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lilkl-vittmi kif ukoll ambulanzi sabiex jieħdu lit-tliet persuni l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, il-mara ta’ 57 sena ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tifla u l-mara l-oħra ġew iċċertifikati li qed isofruminn ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>