“B’turija ta’ ġieħ lill-poplu qalbieni tagħha, nagħti l-George Cross lill-gżira fortizza ta’ Malta bħala xhieda ta’ erojiżmu u dedikazzjoni li għad jibqgħu jissemmew fl-istorja.”
Dan kien il-messaġġ, bid-data tal-15 ta’ April tal-1942, li ntbagħat lil Sir William Dobbie, Gvernatur ta’ Malta, mir-Re Ġorġ VI… eżatt bħal-lum 80 sena ilu.
Kif kien qal il-Gvernatur dik il-lejla stess f’diskors lin-nazzjon, din kienet l-ewwel darba li unur ta’ din ix-xorta ngħata lill-pajjiż partikolari mill-kap tal-monarkija Brittanika.
Dan l-unur ngħata b’turija tal-qlubija li l-Maltin urew fit-Tieni Gwerra Dinjija… wara madwar sentejn ta’ bbumbardjar kontinwu. Sentejn li fihom pajjiżna mhux biss tilef numru kbir ta’ civili, iżda ra wkoll djar, knejjes, u sptarijiet li ġġarfu kawża ta’ bombi kontinwi li ntefgħu mill-ajruplani tal-għadu.
Tant li f’Jannar tal-1942, il-Maltin esperjenzaw madwar 9 sejħiet bis-siren KULJUM biex jistkennu f’shelters minħabba air raids.
Heritage Malta se tfakkar dan l-anniversarju permezz ta’ jum mimli attivitajiet fil-Forti Sant’Iermu u l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra nhar il-Ħadd 24 ta’ April. L-attivitajiet jinkludu tours gwidati mmexxijin
minn kuraturi, re-enactments, esebizzjoni ta’ vetturi militari … u wirja qasira fl-ajru.