Sar magħruf li l-qawwiet Russi u l-alleati Ċeċeni li qegħdin jassedjaw Mariupol qed jużaw it-trakkijiet mgħammrin bħala inċineraturi, bil-ħsieb li jinħarqu l-katavri taċ-ċivili maqtula fl-inħawi.
Kollox, għaldaqstant, jindika li l-Kremlin qed jagħmel minn kollox biex jaħbi l-livell tal-atroċitajiet kontinwi fuq il-poplu ċivili tal-Ukrajna minbarra li jgħatti t-traċċi ‘kollha’ tar-reati tal-gwerra fuq poplu innoċenti.
Fl-aħħar sigħat ukoll, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky saħaq mill-ġdid dwar il-ħtieġa li l-Punent jipprovdi lil-pajjiżu b’aktar armamenti biex jirreżisti aħjar għall-azzjonijiet brutali mill-Armata Russa.
U waqt li l-qawwiet Russi, issa, qegħdin iħejju għal offensiva ġdida fuq ir-reġjuni Ukreni tal-Lvant, Zelensky ħareġ jikkritika lil diversi pajjiżi tal-Ewropa talli qegħdin jixtru ż-żejt mingħand ir-Russja, bir-riżultat li huma, indirettament, qegħdin jiffinanzjaw il-gwerra ta’ Putin fuq l-Ukreni.
//= $special ?>