Lokali Qorti

Il-Qorti tiċħad it-talba tal-BirdLife… l-istaġun tal-kaċċa fuq il-gamiem se jiftaħ nhar il-Ħadd

Il-Qorti ċaħdet it-talba ta’ BirdLife Malta biex ma jinfetaħx l-istaġun tal-kaċċa fuq il-gamiema. Għalhekk nhar il-Ħadd li ġej mistenni jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa fuq il-gamiema u jagħlaq fit-30 ta’ April.

Iktar kmieni din il-ġimgħa BirdLife Malta ppreżentat Mandat ta’ Projbizzjoni fil-Qorti, fejn talbet għall-valutazzjoni ġudizzjarja dwar il-mod kif qed tkun permessa l-kaċċa fir-rebbiegħa ta’ din is-sena fuq il-gamiema, u talbet l-għeluq immedjat tal-istaġun sakemm issir il-valutazzjoni neċessarja.