Investituri mill-Bahrain jinsabu f’taħdiet esklussivi biex jixtru l-club Taljan ta’ Milan għas-somma ta’ biljun ewro. Investcorp, li għandhom l-appoġġ finanzjarju tal-grupp minn Abu Dhabi Mubadala Investment Co., huma f’taħdiet ma’ Elliot Management Corp biex jixtru il-club ikoniku Taljan.
Elliot Corp ħadu f’idejhom lil Milan fl-2018 wara li l-eks sid Ċiniż Li Yonghong kellu jbiegħ il-club minħabba d-dejn li kellu. Fl-aħħar snin Investcorp investew diversi pajjiżi f’ditti rinomati b’investiment fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fl-Asja.
Mubadala Investment Co. huma parti mill-konsorzju li jmexxi lil Man City kif ukoll numru ta’ clubs oħra fosthom New York City u Melbourne City FC fl-Awstralja.
//= $special ?>