Futbol Sport

Jiskorja tifel minn Mariupol waqt partita ta’ ħbiberija ta’ Shaktar Donetsk

Tifel refuġjat mill-belt ta’ Mariupol fl-Ukrajna skorja il-gowl tar-rebħa f’partita ta’ ħbiberija li lagħbu Shaktar Donetsk kontra Lechia Gdansk bi skor ta’ 3-2.

It-tifel ta’ 12-il sena, Dmytro Keda, daħal bħala sostitut biex skorja l-gowl tar-rebħa, f’mument mill-isbaħ fil-partita. Shaktar Donetsk daħlu lil Keda fil-ħin mogħti żejjed lejn tmiem il-partita, filwaqt li ntrefa mill-players tat-tim Ukren.

Il-partita kienet parti mix-‘Shaktar Global Tour for Peace’ bl-ewwel partita tagħhom tkun rebħa ta’ 1-0 fuq Olympiacos. Shaktar qalu li l-flus kollha li se jinġabru se jmorru għall-għajnuna umanitarja għall-poplu Ukren.

L-aħħar sessjoni ta’ taħriġ għal Shaktar Donetsk kienet fid-19 ta’ Jannar, bil-futbol fl-Ukrajna jkun sospiż wara l-invażjoni tar-Russja, fl-24 ta’ Frar.