Minħabba l-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin, fil-Mosta saret purċissjoni bil-kurċifiss, mingħajr il-vari tradizzjonali.
Matul il-purċissjoni sar it-talb tal-Via Sagra, filwaqt li ħadu sehem il-personaggi – tfal u fratelli.
Preżenti għal din il-purċissjoni kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkumpanjat minn martu AnneMarie.

Qabel ma ħarġet din il-purċissjoni, fil-Bażilika tal-Mosta saret il-funzjoni tal-adorazzjoni tas-Salib.

Fil-lokalità ta’ Bormla wkoll inħarġet il-purċissjoni iżda mingħajr vari tal-Ġimgħa l-Kbira.
