Għal ħabta ta’ 1.00pm, tressaq il-Qorti Stephen Debattista, raġel ta’ 25 sena u resident il-Ħamrun. Debattista tressaq il-Qorti wara li kien mixli b’attentat ta’ serq minn ħanut f’Santa Venera.
Il-każ tressaq quddiem il-Magistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace, fejn minkejja l-akkuża ta’ attentat ta’ serq, Debattista ġie wkoll mixli li kkaġuna ħsarat fl-istess ħanut u li sar riċediv.
Meta ġie mistoqsi kif jwieġeb għall-akkużi li nġagħbu kontrih, Debattista wieġeb li mhux ħati, filwaqt li l-avukati tiegħu ma wieġbux għall-ħelsien mill-arrest.
Waqt is-seduta ħareġ li Debattista huwa vittma tal-vizju tad-droga u li lest li jidħol għal programm ta’ rijabilitazzjoni.
B’hekk l-avukati tiegħu talbu biex Debattista ma’ jinżammx fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin u minflokk jinżamm fit-Taqsima Forensika fl-Isptar Monte Karmeli, li ġiet milquha mill-Maġistrat Micallef Stafrace
//= $special ?>