Lokali

Tirritorna l-mixgħela fil-pjazza tas-Siġġiewi

Wara sentejn ta’ nuqqas kawża tal-pandemija, irritornat it-tradizzjoni tal-mixgħela fil-pjazza tas-Siġġiewi.. tradizzjoni li bosta persuni jattendu għaliha.

Sfortunatament, l-organizzaturi fi ħdan il-Grupp Armar 6 ta’ Diċembru sabu diversi sfidi waqt li kienu qed jixgħelu il-fjakkoli fuq iz-zuntier tal-Knisja u tul Pjazza San Nikola… sfidi kawża tar-riħ qawwi li qed jolqot lill-gżejjer Maltin.

Madanakollu, diversi persuni sfidaw il-qawwa tar-riħ u erħewla għall-mixjiet f’diversi postijiet, bl-iktar mixja popolari tkun dik mill-Pjazza tas-Siġġiewi lejn is-Salib tal-Għolja.

Ritratti: Joseph Galea