“Ta’ kuljum qiegħdin naraw xeni tassew xokkanti”
Hekk stqarr Rene Rossignaud, fotografu Malti, li bħalissa jinsab fl-eqqel tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna u li ta’ kuljum qiegħed jara l-ħerba li ġġib magħha l-gwerra, filwaqt li qed isegwi wkoll id-diversi massakri li ħalliet warajha l-armata Russa.

Rene Rossignaud ilu l-Ukrajna għal madwar gimgħa fejn segwa mill-qrib il-perikli li ġġib magħha l-gwerra, speċjalment ghaċ-ċittadini Ukreni li qiegħdin jinqabdu f’nofs il-battalji.
Madankollu, fl-Ukrajna Rene mhuwiex biss qiegħed jara l-biża’ li qiegħda ġġib magħha l-Gwerra iżda wkoll it-tama f’għajnejn il-poplu Ukren, tama għar-rebħa fuq it-truppi ta’ Putin.
