Lokali Mużika

ARA: Il-Malti b’kanzunetta ma’ Martin Garrix

Shaun Farrugia, kantant u awtur lokali li għamel kollaborazzjoni mal-istilla internazzjonali Martin Garrix – silta ġdida li ġġib l-isem ta’ ‘Starlight’.

Fuq Instagram Shaun Farrugia fisser kif hu stess ma jistax jemmen dak li seħħ… u tenna li ilu jistenna dan il-mument żmien twil. Filwaqt li xandar ukoll filmat tiegħu flimkien ma’ Martin Garrix fuq dgħajsa f’Amsterdam.

Garrix, li għad għandu biss 25 sena, ilu attiv sa mill-2012 u jibqa’ sinonimu ma’ siltiet kbar bhal “In the name of love”, “Animals” u “We Are The People”.

Il-kanzunetta ‘Starlight’ diġà ndaqqet f’festivals fejn attendew mijiet ta’ eluf ta’ dilettanti tal-mużika …ħafna minnhom fanatiċi ta’ Martin Garrix. Shaun Farrugia llum qiegħed jaħdem ma’ Polydor Records; kumpanija li magħha hemm kantanti kbar bħal Billie Eilish u anke Lady Gaga.