Internazzjonali

Filippini: 167 persuna mejta wara maltempata fil-Filippini

Minn tal-inqas 167 persuna mejta, b’110 persuna oħra mitlufa u b’1.9 miljun persuna affetwati b’mod ħażin, kawża ta’ maltempata tropikali bl-isem ta’ Megi fil- li laqtet lill-Filippini.. u li kkaġunat għargħar devastanti li affetwa diversi villaġġi fil-madwar tal-belt ta’ Leyte fejn saħanstira 80% tal-villaġġ ta’ Pilar spiċċa tkaxkar kompletament lejn l-ibħra Filippini.

Esperti spjegaw kif din iż-żona fil-Filippini ilha 20 sena ma’ tintlaqat minn maltempata ta’ dan it-tip.

Minħabba l-maltemp u l-għargħar diversi nies kellhom jitilqu minn djarhom u jevakwaw lejn żoni ta’ artijiet għolja hekk kif il-Gvern Filippin qiegħed jkompli javża li dan jista jkun wieħed minn sensiela ta’ maltempati li jistaw jolqtu lil gżejjer Filippini fis-sigħat li ġejjin.