Fl-Allianz Stadium Juventus kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Bologna fit-taqtiegħa għall-post mal-ewwel erba’. Kienu Bologna li fetħu l-iskor fit-52 minuta meta minn pass ta’ Roberto Soriano kien Marco Arnautovic li xeħet wara Wojciech Szczesny għal 1-0. Fl-84 minuta Bologna spiċċaw jilagħbu b’għaxar players meta tkeċċa għalihom Adama Soumaoro, fejn fl-istess azzjoni tkeċċa wkoll Gary Medel, b’Bologna jispiċċaw b’disa’ players. Biex fil-95 minuta Juventus kisbu l-gowl tad-draw meta minn cross ta’ Alvaro Morata kien Dusa Vlahovic li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0.
Fi Stadio Olimpico Lazio u Torino temmew fi draw ieħor ta’ 1-1, b’Lazio jibqgħu fis-seba’ post tal-klassifika b’56 punt u Torino fil-11-il post b’40 punt. Torino marru fil-vantaġġ fis-56 minuta meta minn corner ta’ Riccardo Rodriguez kien Pietro Pellegri li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Iżda Lazio kisbu l-gowl tad-draw fit-92 minuta meta l-cross ta’ Sergej Milinkovic-Savic sab lil Ciro Immobile li bir-ras tefa’ fix-xibka għal 1-1
SERIE A
Illum: Cagliari v Sassuolo 1-0, Sampdoria v Salernitana 1-2, Udinese v Empoli 4-1, Fiorentina v Venezia 1-0, Juventus v Bologna 1-1, Lazio v Torino 1-1
//= $special ?>