Rugby Sport

It-tim nazzjonali Malti b’rebħa konvinċenti fuq Ċipru

(Ritratt: Joseph Galea)

MALTA …………… 27

ĊIPRU ……………. 10

Malta: R.Apsee, T.Davey, D.Cerketa, M.Barbara, C.Sultana, D.Deguara, D.Apsee, M.Davey, T.Holloway, R.Holloway, M.Camilleri, D.Busuttil, C.Dudman, J.Zammit Randich, B.Dalton

Ċipru: G.Cosma, M.Zakakiotis, F.Fayaz, C.Ioannou, B.Cosma, D.Grigoriou, M.Mladenovic, G.Agathaokleous, C.Paraskeva, A.Zavallis, P.Poroullis, D.Georgiou, B.Yarrow, O.Yarrow, N.Frost.

Fit-Tony Bezzina Stadium it-tim nazzjonali Malti tar-Rugby għeleb lit-tim Ċiprijott bl-iskor ta’ 27-10 biex temmew fit-tieni post tal-Conference South 1. It-tim Malti magħmul minn elementi ġodda kif ukoll dawk veterani kellu prestazzjoni mill-aqwa biex b’hekk temmwe din il-kompetizzjoni b’riżultat mill-aktar pożittiv.

(Ritratt: Joseph Galea)

Fl-ewwel taqsima kienu Ċipru li marru fil-vantaġġ minn penalty ta’ Alexander Zavallis, bit-tim Malti jġib l-iskor indaqs ftit wara permezz ta’ Chris Dudman. Il-Maltin fetħu vantaġġ ta’ 10-3 bi try ta’ Jethro Zammit Randich u conversion ta’ Chris Dudman.

Il-Maltin komplew jiftħu l-vantaġġ minn try ta’ Luke Matthews u conversion oħra ta’ Dudman, qabel Thomas Holloway skorja try u conversion biex għamel ir-riżultat 24-3 sa tmiem l-ewwel taqsima.

(Ritratti: Joseph Galea)

Fit-tieni taqsima iċ-Ċiprijotti naqqsu d-distakk għal 24-10, b’ Thomas Holloway jiskorja penalty għat-tim Malti għal riżutlat finali ta’ 27-10.