Internazzjonali

Ix-xjentisti internazzjonali bi twissija għall-umanità

Rapport mill-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti stqarr li r-riċerka li saret mix-xjentisti rigward it-tibdil fil-klima kienet skorretta.

Dan meta r-rapport saħaq li t-tniġġiż tal-arja se jilħaq l-għola livelli fis-sena 2025. Iżda, stqarrija mill-istess xjentisti issa qed tgħid biex b’mod immedjat il-gvernijiet tad-dinja jibdew jaraw biex inaqqsu b’ammont sostanzjali l-ammont tat-tniġġiż fl-arja.

Ix-xjentisti komplew biex jispjegaw li għadna fiċ-ċans li nnaqqsu r-rata li biha qed tisħon id-dinja. Filfatt, jekk id-dinja tisħon aktar minn 1.5 gradi celcius, diversi pajjiżi se jibdew jaraw aktar żieda ta’ sjuf u xitwi ħorox, kif diġa qiegħdin nisperjenzaw anke fil-Gżejjer Maltin.

Ix-xjentisti internazzjonali saħqu li biex nassiguraw mill-futur tal-umanita, hemm bżonn li nnaqsu l-emmisjonijiet bi 43% … mira ferm diffiċli.

Madankollu x-xjentisti komplew jgħidu li jekk ma nibdewx mill-lum, jista’ jkun li ma’ jkollniex garanzija ta’ futur.