Futbol Sport

Jake Grech jikkastiga lil Ħamrun Spartans u jpoġġi lil Hibernians fis-semifinali

(Ritratt: Joseph Galea)

Rowen Camilleri

ĦAMRUN S………. 1

HIBERNIANS…… 2

Ħamrun S: H. Bonello, D. Gojkovic, J. Mbong, J. Soares, A. Oyama, S. Borg, F. Sasere, J. Corbalan, P. Dordevic (L. Gambin 81’), I. Ntow (F. El Bakhataoui 64’), E. Marcelina 

Hibernians: M. Calleja Cremona, L. Almeida,J. Degabriele (H. Da Costa 80’), D. Vella, Z.Grech, E. Beu (T. Aldama 72’), J. Zerafa, A.Agius, A. Muniz (J. Grech 86’), A. Diakite, W.Domoraud 

Imwissija: H. Bonello 35’ (Ħ), E. Beu 54’, D. Vella 80’ (Hi)

Skorjaw: J. Soares 25’ (Ħ), A. Muniz 45’ (Hi), J. Grech 113′ (Hi).

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Edward Spiteri u Duncan Spencer

Gowl tas-sostitut jake Grech fil-ħin barrani kien biżżejjed biex Hibnernians għaddew għas-semifinali tal-izibet FA Trophy għas-spejjeż ta’ Ħamrun Spartans li b’hekk raw dan it-trofew jaħrab ukoll mill-mira tagħhom fi staġun li qed ikun wieħed ta’ diżappunt kbir għaċ-champions u dan minkejja li l-wirja tagħhom kienet waħda pożittiva.

Wara biss tliet minuti Domoraud jaħrab max-xellug u provda passaġġ preċiż lejn Degabriele iżda x-xutt mill-ewwel ta’ dan tal-aħħar għadda għoli. Fis-7 minuta Dunstan Vella jqassam lil Erjon Beu fil-kaxxa bl-Albaniż jipprova xutt fil-baxx li kien milqugħ bis-sieq minn Bonello qabel mad-difiża tajret f’korner. Fil-25 minuta Ħamrun marru fil-vantaġġ. Kien korner ta’ Oyama li wasal għand Joseph Mbong li mingħajr ma’ qad jaħsibha tefa’ kross inteliġenti fil-kaxxa li għalih għola tajjeb bir-ras JORGE SOARES li ma’ ta l-ebda ċans lil Calleja Cremona u hekk kif b’daqqa ta’ ras b’saħħitha tefa’ lill-Ħamruniżi minn fuq. Man-nofs sigħa logħob minn azzjoni personali Degabriele avvanza u ttanta xortih minn barra l-kaxxa bil-goalkeeper Henry Bonello kellu jtajjar b’diffikultà. Hekk kif Ħamrun dehru li kienu dieħlin jistrieħu b’gowl minn fuq, Hibernians kellhom pjanijiet oħra u fil-45 minuta għamlu l-iskor indaqs. Jurgen Degabriele tefa’ l-ballun fil-kaxxa minn korner, bid-difiża ta’ Ħamrun ittajjar parzjalment iżda l-ballun spiċċa f’saqajn ALVARO MUNIZ li b’xutt mill-isbaħ għeleb għal kollox lil Henry Bonello biex l-ewwel taqsima spiċċat fi draw ta’ 1-1.

L-ewwel azzjoni perikoluża tat-tieni taqsima waslet fil-61 minuta minn Hibernians meta Muniz żmarka tajjeb lil Beu li minn quddiem Bonello ra lil goalkeeper Internazzjonali Malti jwettaq save tajjeb u jdawwar f’korner. Għaxar minuti mid-disgħin Oyama nkariga ruħu minn free kick mix-xellug li tefa’ kross insidjuż fil-kaxxa u pinġut fuq Djordevic li minn quddiem Callejja Cremona tefa’ inkredibilment barra. Fit-tieni minuta tal-ħin miżjud il-free kick dirett ta’ Artur Oyama jgħaddi barra. Disgħin minuta ma’ kienux biżżejjed biex jifirdu liż-żewġ timijiet u għalhekk il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.

Fil-ħin barrani kienu Ħamrun li komplew jagħmlu l-logħba bid-difiża pawlista tgħaddi minn xi mumenti diffiċli fejn Calleja Cremona salva minn possibilita’ ta’ awtogowl fuq devjazzjoni ta’ Dunstan Vella filwaqt li xutt bomba ta’ Joseph Mbong stampa mal-mimduda.

Fil-113-il minuta wasal il-gowl tar-rebħa meta minn kross ta’ Aldama, kien JAKE GRECH li għeleb lil Bonello mill-viċin.