Lokali

“Tfittix lill-Mulej fejn hemm il-mewt, il-korruzzjoni, it-tniġġiż u d-dekompożizzjoni” – l-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Tfittix lill-Mulej fejn hemm il-mewt, il-korruzzjoni, t-tniġġiż, u dekompożizzjoni” – Hekk stqarr l-eċċellenza tiegħu, l-arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna waqt il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet, fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Sibt il-Għid fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

L-arċisqof kompla biex jgħid li hemm bżonn li mill-ġdid niftakru li kull wieħed u waħda minnha qiegħed jiġi imsajjaħ biex jkun evangelista u jwassal il-kelma sabiħa tal-qawmien ta’ Kristu, kemm lil dawk li jemmnu, kif ukoll lil dawk li jsibuha bi tqila biex jemmnu fi Kristu li qam mill-mewt.

L-arqisqof staqrr li t-twemmin mhuwiex dejjem proċess faċli, speċjalment għal dawk li jinsabbu fuq barra mill-knisja tagħna u qiegħdin jittawlu l-ġewwa biex jibdew jemmnu f’bniedem li qam mill-imwied. Madankollu Scicluna stqarr li dan vera ġara u huwa d-dmir ta’ kull kattoliku biex jxerred din l-istorja u t-twemmin li ġġib magħha.

Waqt il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet, l-arċisqof Charles Scicluna laqgħa lil erbatax-il katekumenu li f’eta adulta għażlu l-ħajja nisranija.

L-arċisċof Scicluna bi tbissima stqarr mal-katekumeni li “li ssir nisrani, mhiex li tgħix ħajja perfetta, iżda li anke wara li tidneb tibqa temmen li Kristu dejjem se jkun hemm, lest biex jilqgħak lura b’idejh miftuħin”.