Futbol Sport

Liverpool fil-finali tal-FA Cup b’rebħa fuq Man City

(Ritratt: EPA)

Liverpool għamluha għall-finali tal-FA Cup meta f’Wembley Stadium għelbu lil Man City bl-iskor ta’ 3-2. Liverpool marru tliet gows vantaġġ fl-ewwel taqsima, b’Ibrahim Konate jiftaħ l-iskor għal-Liverpool fid-9 minuta meta minn corner ta’ Andrew Robertson xeħet fix-xibka bir-ras għal 1-0. Huma rdoppjaw fis-17-il minuta meta il-goalkeeper ta’ Man City Zack Steffen naqas milli jtajjar il-ballun, approfitta Sadio Mane li xeħet fix-xibka għal 2-0.

Ma’ tmiem l-ewwel taqsima wasal it-tielet gowl meta minn pass ta’ Thiago Alcantara kien Sadio Mane li xeħet wara Steffen għal 3-0. Fit-tieni taqsima gowls minn Jack Grealish fis-47 minuta u Bernardo Silva naqqsu d-distakk għal City iżda ma kienux biżejjed biex Man City jikkwalifikaw.

FA CUP

Illum: Man City v Liverpool 2-3, Għada: Chelsea v Crystal Palace 5.30pm

PREMIER LEAGUE

Illum: Tottenham v Brighton 0-1, Man Utd v Norwich 3-2, Southampton v Arsenal 1-0, Watford v Brentford 1-2