Ungeriż ta’ 56 resident San Pawl il-baħar, ġie ċċertifikat li qiegħed jsofri minn ġrieħi serji wara inċident tat-traffiku bejn karrozza u mutur.
Il-każ seħħ għal ħabta tas-12.45pm fi Vjal il-Labour, in-Naxxar, hekk kif il-pulizija ħaffew biex jirrispondu għal din il-ħabta bejn mutur tat-tip Honda Africa Twin u karrozza tat-tip Honda Fit li kienet qiegħda tiġi misjuqa minn mara ta’ 43 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li offra l-ewwel għajnuna lir-raġel, li kien qiegħed jsuq il-mutur, u ttieħed immedjatament l-Isptar Mater dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia ġie infurmat b’dan il-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tan-Naxxar għadhom għaddejin.
