Rodney Testa kellu multa ta’ €4,000 imnaqqsa għal €2,800 għaliex wara inċident tat-triffiku, ma kienx ingħata d-dritt li jkellem avukat qabel għamlulu l-breathalyser.
L-inċident seħħ lura fl-2014, fis-17 ta’ Awwissu, f’Birkirkara, fejn b’konsegwenza, Testa kien ġie mixli bi traskuraġni u li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq raġel u mara li kienu f’karozza oħra, fost akkużi oħra. Dan filwaqt li kien akkużat li ma kienx f’kundizzjoni li jsuq u li ma riedx jagħmel it-testijiet mitluba mill-pulizija. Fl-2017 kien instab ħati tal-maġġor parti tal-akkużi kollha.
Intant, fl-aħħar sigħat, il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Aaron Bugeja kkonfermat is-sentenza ħlief għall-akkużi li rrigwardaw in-nuqqas ta’ test tal-breathalyser jew tal-urina.
Din id-deċiżjoni tasal hekk kif irriżulta li qabel ma ttieħed l-għassa biex isirlu t-testijiet, Testa ma ngħatax id-dritt li jikkonsulta ma’ avukat. Kien għalhekk li l-multa f’dan ir-rigward tnaqqset bi ftit iktar minn elf ewro.
//= $special ?>