Lokali

Twissija ta’ hacking fuq numru ta’ profili f’Instagram

Il-Pulizija ħarġet twissija wara li fl-aħħar jiem irċeviet numru ta’ lmenti li l-profil tagħhom fuq instagram kien ġie hacked. Infatti huma diversi li tilfu l-kontroll tal-profil tagħhom u bdew jinxterdu stejjer mingħajr il-permess tagħhom.

Il-Pulizija qed tappella sabiex wieħed joqgħod attent u jżomm il-profil tiegħu sigur u infatti tat pariri ta’ kif wieħed iżomm il-profil tiegħu aktar sigur:

Wieħed jista’ jagħmel użu minn miżuri ta’ aktar sigurtà fuq il-mobile, jibdel il-password b’mod regolari u ma jidħolx f’links mibgħuta min-nies li mhumiex ta’ fiduċja.

Il-Pulizija wkoll appellat sabiex wieħed joqgħod attent u ma jħallasx flus jekk ma jkunx vera xtara xi ħaġa.