Futbol Sport

Valletta jgħaddu għas-semi finali tal-IZIBET FA Trophy b’rebħa fuq Marsaxlokk

(Ritratt: Valletta Football Club)

Matthias Mizzi

MARSAXLOKK……0

VALLETTA…………..3

Marsaxlokk: F. Tabone, G. Barone (D. Azzopardi 46’), J. Gill, M. Del Negro (P. Xuereb 56’), A. Caseres (J. Delmar 89’), T. Vella (C. Camilleri 70’), X. Cappellino, W. Serrano, E. Vella, P. Sammut (R. Tonna) 56’, N. Micallef

Valletta: Y. Cini, J. Borg, T. Caruana, M .Sansone, E. Pena Beltre (S. McKay 83’), D. Promise (H. Dilaver 80’), R. Muscat, E. Sala, C. Prado (A. Zammit 59’), M. Fontanella, K. Tulimieri (S. Dimech 59’)

Skorjaw:  E. Sala 4’, D. Promise 20’, A. Zammit 79’

Imwissija: T. Vella 16’, A. Caseres 20’ , T. Caruana 42’. P. Sammut 45+1’, E. Sala 84’

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees: Paul Apap u Mark Ciantar

Il-Mument Plejer tal-Logħba: Andrea Zammit (Valletta)

Kif mistenni Valletta għelbu lit-tim mill-BOV Challenge League Marsaxlokk fil-kwartifinali tal-IZIBET FA Trophy. Valletta fetħu l-iskor kmieni fil-partita wara biss erba’ minuti logħob permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ ESLIT SALA. Kwarta wara Valletta rdoppjaw l-iskor meta Michele Sansone dendel kross mil-linja xellugija fuq DAVID PROMISE li għola waħdu fil-kaxxa u b’daqqa ta’ ras oħra għeleb għal kollox lill-goalkeeper Frederick Tabone. Ftit qabel in-nof sigħa logħob Caio Prado kien viċin li jagħmilhom tlieta meta mill-viċin ra x-xutt tiegħu jħakkek mal-lasta. : Fis-36 minuta Tabone kien strumentali bejn il-lasti biex laqa’ b’mod stupend daqqa ta’ ras minn Fontanella fl-anglu. Ftit mumenti qabel il-mistrieħ Marsaxlokk fallew milli naqqsu d-distakk wara li l-plejer inkarigat mill-penalty Terence Vella ra x-xutt tiegħu salvat tajjeb minn Yenz Cini.

Fit-tieni taqsima Valletta komplew jiddominaw biex fit-52 kontrattakk u daqqa’ ta’ ras tal-attakkant David Promise għaddiet ftit barra. Minuta biss wara Yenz Cini kien attent li imblokka xutt ta’ Peter Paul Sammut li seta’ faċilment spiċċa f’gowl għat-tim Xlukkajr meta dan qabeż lid-difensur Belti u spiċċa wiċċ imb’ wiċċ mal-goalkeeper. Iż-żagħżugħ Zammit reġa’ kien perikoluż din id-darba b’xutt b’saħħtu fil-baxx minn barra l-kaxxa li għadda viċin. Mat-tmenin minuta logħob ANDREA ZAMMIT ssiġilla r-rebħa għat-tim tal-kapitali wara li b’eleganza qabeż lid-difensur Xlukkajr u b’kalma kkonverta l-azzjoni tiegħu f’gowl.

Michele Sansone ta’ Valletta F.C. issikkat minn Augusto Caceres ta’ Marsaxlokk (Ritratt ta’ Valletta F.C.)